
Stella Maris


Deskrizzjoni tal-Pittura: Stella Maris
​
Manifest t’emozzjonijiet u energija li jqajmu reazzjoni drammatika u kommoventi. Elementi naturali, simbolu tal-hajja li jithaltu maz- zebgha taz-zejt fuq wicc preparat jaghtu dehera realistika u sensibli lil din il pittura kontemporanja li tista’ tissejjah ukoll ‘low relief’. Il-pinzellati tqal u b’sahhitom joholqu kuntrast qawwi ta’ dawl u dlamm ‘chiaroscuro’, li fl-istess hin tinholoq forza simbolika li tkompli ssawwar b’mod trawmatiku u tragiku n-nerrativa tal-kwadru. Wiehed jinnota li meta jhares lejn din il-pittura, filwaqt li l-ghajn timrah mal kompozizzjoni kollha wiehed jhossu mistieden jippartecipa fl istorja. Il-punt krucjali, ta’ dan ix-xenarju huwa d-dawl qawwi hiereg mill-fanal li jdawwal wicc il-Madonna u binha Gesu’ b’dija li ssahhar. L-isfond sewdieni u d-dellijiet skuri li joholqu kuntrast, jkomplu jsahhu l-qawwa tad-dawl filwaqt li jqajmu kurzita’. Il-perspettiva wkoll tilghab rwol important. Il-figura dominanti tal Madonna b’Gesu tarbija fi hdanha tinhass prominenti u qrib ta’ kull min ihares lejha. Ghaldaqstant, billi din hija s-suggett ewlieni, hassejt li rrid intiha mportanza specjali u nohloq rabta bejn id Divin u l-bniedem. Biex nispjega ruhi ahjar, kull min ihares Lejha jhossha qribu, lesta li tisimghu u tghinu b’dik il-harsa kollha hlewwa taghha. L istess bhal binha ckejken rieqed seren fi hdanHa, ahna nhossuna fiducjuzi u nsibu s-serhan that il-mant taghHa, u l-boghod minn kull periklu.
Delikatezza fil-pinzellati fuq wicc il-Madonna b’kuntrast mad-daqqiet b’sahhithom li uzajt ghall-mewg igghaluk tirrifletti fuq dik id-daqxejn ta’ laqxa li hemm tithabat mal-maltemp li hija simbolu tal-hajja taghna. Il mewg kbir jirraprezenta t-turbilazzjonijiet jew tfixkil tal-hajja. Ahna, li kultant inhossuna se ngherqu, jekk indawru harsitna lejn il-Madonna jfegg dawl gdid ghalina bhad dawl bajdani tal fanal mix-xefaq. Dan jfarragna, jwennisna biex ikollna kuragg inkomplu miexja. F’din il-pittura ninnutaw ukoll li aktar ma wiehed jersaq lejn Marija, aktar il-mewg ibatti sakemm jikkalma ghal kollox. Gesu’ tarbija li sar bniedem bhalna jidher nofsu mgherraq fl-ilma. Dan ifisser li Hu tghabba bid dnubiet taghna imma fl-istess hin ihoss fiducja ghamja f’ommu Marija. Il wicc seren ta’ din it-tarbija that il-patrocinju taghha huwa ta’ ezempju ghalina lkoll.
Iz-ziffa helwa li tmelles ix-xaghar u l-mantell twil taghha jkomplu jzejnu lil surita’ u jaghtu hajja lil persuntha filwaqt li joholqu movument drammatiku u emozzjonali.
Kif qeghdin naraw, fix-xoghol artistiku tieghi s-subkonxju u r-realizmu huma zewg elementi mportanti li jilghabu rwol mportanti f'espressjoni artistika unika u xokkanti. Dan mhux biss iqajjem kuxjenza imma jhalli l-individwu jimrah fil-hsibijiet psikologigi u intelletwali tieghu/taghha.
​
​
Stella Maris
​
Fid-dlam ta' lejl xitwi
F'nofs bahar qalil
Go dghajsa hekk ckejkna
Hemm kont bhal ilsir
Nithabat, nissielet u kollni bezghana
Mal forzi esterni ta’ qawwa, setghana
Wahdi, maqtugha mill-bqija tan-nies
Niggieled ghal hajti, f'nofs bahar bla qies.
Rajt l-gharqa elf darba
Il-forza ta’ sahhti naqsitli
Id-dlam kompla mlieni
Bi dwejjaq sewdieni
Dal bahar ta’ kobor bla tmiem
Li lili ried jibla’
Jahkimni, ijassarni
Taht ghamdtu jifgani
'Ma' f'mument minnhom
Mill-qiegh jiena tlajt
It-tmun jien dawwart
B'dawl gdid indunajt
Hemm fl-orizzont ilmaht
Dawl jiddi bhal kewkba ta’ dija smewwija
Ileqq fuq il-halel li wrieni l-moghdija
T’Omm Sidi Marija
Minn fommi lissint Omm twajba fejn int?
Jien fik ittamajt
Ghax hnientek dlonk rajt
Wennisni, haddanni Jien tieghek Marija
Urini li thobbni ghar rdoss bhal tarbija
Omm twajba u hanina Int biss tkun ghalija
F'dal bahar imqalleb ta' hajja u tbaghtija
Int hlistni mill-ghadu
Ragg tama tfajt fija
Harisni taht mantek
Oh Kewkba Smewwija!
​
Mary Rose Saliba 26-08-2020
​

